Din hija stedina mill-Kummissjoni Ewropea biex jittieħdu azzjonijiet konkreti, jiġu vvalutati r-riżultati u tkompli tiżdied il-kuxjenza dwar il-ħtieġa li jitnaqqsu l-imwiet minn inċidenti tat-traffiku.
Rikonoxximent ġenwin jingħata lill-entitajiet kollha li jimpenjaw ruħhom fiċ-Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq. Azzjonijiet u inizjattivi ta' sigurtà fit-triq li jitwettqu mill-membri tagħna jsiru aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-Websajt taċ-Charter. Din il-viżibilità tippermetti lil oħrajn li jitgħallmu u jispiraw ruħhom biex iwettqu azzjonijiet simili jew azzjonijiet oħrajn aktar innovattivi.
Bl-iffirmar ta' impenn, il-parteċipanti jistgħu jinfluwenzaw b'mod pożittiv kwistjoni waħda jew aktar ta' sigurtà fit-triq minn dawn li ġejjin, li jiffurmaw is-sinsla għal approċċ integrat għas-sigurtà fit-triq:
Membri impenjati mhux biss jikkontribwixxu biex jitnaqqas in-numru ta' mwiet u diżgrazzji kull sena; l-azzjonijiet tagħhom qed inaqqsu wkoll l-impatt ambjentali tal-inċidenti tat-traffiku, inaqqsu l-ispejjeż finanzjarji għoljin, iżidu l-attenzjoni tal-pubbliku u jsaħħu r-responsabilità korporattiva tagħhom stess.